Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  
Jinstab raġel mejjet fil-baħar   |  "Diġà hemm ħafna kriminalità: Iżżiduhiex bil-'gentlemen's clubs'"   |  “Il-Knisja Maltija hi importanti għall-Papa” – In-Nunzju Appostoliku   |  Il-Golfo Azzurro ordnat jidħol Tripli b'theddid li jinfetaħ in-nar fuqu

Jekk tħallas bil-kards tal-BOV f’dawn il-jiem

Charmaine  Attard   -  11/08/17 07:53 PM

Hekk kif qed joqrob l-aktar tmiem il-ġimgħa twil popolari tas-sena, il-Bank of Valletta qed iħeġġeġ lill-klijenti tiegħu jużaw il-kards tal-BOV tagħhom biex jagħmlu l-pagamenti, kemm jekk qed jippjanaw biex jaqsmu l-fliegu biex iqattgħu ftit jiem fuq il-gżira ta’ Għawdex, kif ukoll jekk qed jippjanaw xi vaganza barra mill-pajjiż.

Il-BOV jispjega li meta jsiru l-pagamenti bil-kards, sid il-kard awtomatikament jirċievi analiżi dettaljata ta’ dak li jkun nefaq.  Żied jgħid li meta jintużaw flimkien mal-pjattaforma tal-BOV Mobile Banking, il-klijent ikollu vantaġġ akbar peress li jkun jista’ jara jara t-tranżazzjonijiet f’ħin reali, u jkun jista’ jagħmel pagamenti ħlasijiet bejn il-kontijiet tiegħu stess.

Il-Bank jgħid ukoll li wieħed jista’ jagħżel li jagħmel il-ħlasijiet b’mod dirett bl-użu tal-pjattaforma tal-BOV Mobile Pay, li hija ideali b’mod partikolari għal grupp ta’ ħbieb li jixtiequ jaqsmu l-kont.

Il-Bank iħeġġeġ lill-klijent biex:

  • Jinforma lill-Bank dwar id-destinazzjoni u l-perjodu ta’ żmien ta’ kemm se jdum imsiefer, qabel jivvjaġġa.
  • Qabel issiefer ikkonferma l-perjodu ta’ validità tal-kard u ċċekkja li l-PIN hu validu.

Kull min jixtieq informazzjoni addizzjonali dwar il-firxa ta’ pagamenti elettroniċi tal-Bank, jista’ jikkuntattja lill-Customer Service Centre tal-BOV fuq 2131 2020 jew permezz tal-posta elettronika fuq bovcustomercare@bov.com.