Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  

Filmat: Id-dmugħ ta' San Lawrenz mill-Miġra l-Ferħa

Alvin  Vassallo  -  12/08/17 08:49 PM

Ħafna nies jassoċjaw l-10 t’Awwissu, Jum San Lawrenz, mad-dmugħ ta’ San Lawrenz. Forsi inqas jafu li dan id-“dmugħ” huma l-meteoriti li f’daż-żmien jagħtu spettaklu fis-sema.

Ma’ Newsbook.com.mt Josef Borg, il-Viċi-President tal-Għaqda Maltija tal-Astronomija spjega kif dawn il-meteoriti jidhru l-aktar f’dal-lejl. Dejjem jiġru fl-istess żmien għax dal-biċċiet ta’ ġebel ikunu fl-istess post fl-ispazju, u d-dinja dejjem tgħaddi minn dawn l-inħawi dejjem fl-istess żmien.

Borg irrimarka li l-ispettaklu jkun wieħed ferm sabiħ, b’bejn 60 u 80 meteorita fis-siegħa viżibbli ferm.