Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  
Jinstab raġel mejjet fil-baħar   |  "Diġà hemm ħafna kriminalità: Iżżiduhiex bil-'gentlemen's clubs'"   |  “Il-Knisja Maltija hi importanti għall-Papa” – In-Nunzju Appostoliku   |  Il-Golfo Azzurro ordnat jidħol Tripli b'theddid li jinfetaħ in-nar fuqu

#jienavoluntier: Jgħinu biex iwettqu l-ħolma ta' sorijiet Maltin fl-Indja

Matthew Borg  -  12/08/17 05:32 PM

Grupp ta’ żgħażagħ li jiffurmaw parti mill-Fondazzjoni U se jkunu qed jingħaqdu mal-organizzazzjoni lokali Love & Peace sabiex jgħinu fil-bini ta’ orfanatrofju f’Jhansi, l-Indja.

L-Indja huwa post li jsaħħrek, u dil-kelma ssibha fuq fomm min mar iżda anki fuq dawk li ma marrux u qraw fuqha. Iżda hija wkoll pajjiż li fil-partijiet il-foqra tiegħu jgħixu persuni f’kundizzjonijiet terribbli.

Newsbook.com.mt tkellem ma’ Anselmo Bugeja, rappreżentant tal-Fondazzjoni U, li wħud jafuha bħala l-organizzatriċi li minn żmien għal żmien tagħmel maratoni biex tgħin fi proġetti fl-Indja.

Fost l-oħrajn organizzat tliet maratoni li fihom inġabru kważi €12,000 biex dan l-orfanatrofju jirdoppja l-kapaċità tiegħu minn 50 għal 100 tifel u tifla

L-orfanatrofju huwa mmexxi mis-Sorijiet Maltin tal-Qalb ta’ Ġesù, u għalhekk din hija inizjattiva kollha kemm hi Maltija, biex ngħidu hekk.

Fil-fatt Bugeja faħħar lil dawn is-sorijiet, u sejħilhom “ambaxxatriċi Maltin ta’ vera” għax-xogħol li jagħmlu, mingħajr ma jdoqqu trombi.

Jonqos biss mas-€4,000 sabiex il-proġett ikun jista’ jsir kollu u sewwa.

Preżentament, kompla Bugeja, it-tfal lanqas għandhom fejn jorqdu sewwa,u jaqsmu l-kamra tal-banju bejn 50 persuna. Spjegalna kif kollha spiċċaw abbandunati mill-ġenituri, b’uħud minnhom iġorru stejjer kefrin.

Mariella Mallia, f’isem il-Love & Peace se tkun qed tiggwida lill-Fondazzjoni U f’dil-missjoni, l-aktar minħabba l-esperjenza mifruxa tagħha fl-Indja.

Wieħed jista’ jgħin billi jagħti donazzjoni onlajn f’sit apposta maħluq mill-fondazzjoni, inkella jċempel fuq 99476526 jew bil-posta fuq l-indirizz ‘Fondazzjoni U, 28 Triq il-Belt Valletta, Ħal Luqa.