Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  

Ritratti: ​Mijiet fi tfittxija fiż-Żejtun

Charmaine  Attard   -  12/08/17 01:49 PM

Minkejja s-sħana kbira, ilbieraħ, f’jum San Lawrenz, mijiet ta' persuni ma qatgħux qalbhom u ħadu sehem waqt l-avveniment nazzjonali The Żejtun National Heritage Treasure Hunt fejn intrebħu diversi rigali li laħħqu l-€2,600.

F’din l-avventura pparteċipaw aktar minn 330 parteċipant, minn tfal sa adulti, li kellhom isibu 25 moħba kull wieħed u jieħdu sempliċiment stessu ma' dak il-post partikolari. Kull grupp bħala għajnuna kellu mappa kif ukoll informazzjoni dwar kull post, kif ukoll biċċa minn stampa.

Għalkemm il-mistoqsijiet kienu dwar iż-Żejtun, ir-rebbieħa tal-kategorija tat-tfal ġiet mirbuħa miż-Żabbarin li kienu qed jieħdu sehem f'isem iż-Żabbar Scouts Group filwaqt li l-kategorija tal-Adulti ntrebħet minn persuni miż-Żejtun, iżda dawk li ġew it-tieni u t-tielet post kienu minn Marsaskala u Birżebbuġa.

Din it-treasure hunt kienet organizzata mill-għaqda volontarja Żejtun Organisation to Empower You (ŻOEY) bil-kollaborazzjoni tal-Kunsill Lokali taż-Żejtun u l-Fondazzjoni Valletta18.