Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  
Jinstab raġel mejjet fil-baħar   |  "Diġà hemm ħafna kriminalità: Iżżiduhiex bil-'gentlemen's clubs'"   |  “Il-Knisja Maltija hi importanti għall-Papa” – In-Nunzju Appostoliku   |  Il-Golfo Azzurro ordnat jidħol Tripli b'theddid li jinfetaħ in-nar fuqu

Alex Perici Calascione jipproponi dixxiplina u responsabbiltà għall-finanzi

Christoph  Schwaiger  -  13/08/17 07:00 PM

Il-kandidat għall-kap tal-Partit Nazzjonalista Alex Perici Calascione ħabbar illi l-pjan ta’ ristrutturar finanzjarju tal-PN se jħaddmu b’mod dixxiplinat u responsabbli. Dan il-pjan ta’ristrutturar kien tnieda aktar minn sena ilu.

Perici Calascione, li fl-aħħar snin serva bħala t-teżorier tal-PN,  spjega li se jwettaq dan permezz ta’ riorganizzazzjoni u modernizazzjoni ta’ proċeduri u proċessi bl-użu massimu tat-teknoloġija, speċjalment dik tal-informatika u komunikazzjoni.

Il-kandidat saħaq illi dan huwa biss wieħed mill-impenji tiegħu biex il-partit jerġa’ jkun “Partit Rebbieħ”.