Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  
Sajjetta tolqot żona fiż-Żurrieq u tikkawża nirien   |  Ikkonfermata l-analiżi ta' Newsbook: Debono jċedi s-siġġu   |  Kittieba konservattivi jakkużaw lill-Papa b'ereżija   |  "In-nisa m'għandhomx jirrifjutaw l-irġiel": Il-BA tinvestiga, oħrajn ma jaraw xejn ħażin   |  Merkel jew Schulz? Il-Ġermaniżi jivvutaw

"Il-ġustizzja saret ta' tħassib daqs żmien Dom Mintoff" - Delia

16/08/17 07:50 PM

Il-Kandidat għall-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia qal li l-qasam tal-ġustizzja u l-ordni fil-pajjiż saru ta’ tħassib daqs kemm kienu meta l-Partit Nazzjonalista iġġieled għad-drittijiet tan-nies kontra l-politika tal-Prim Ministru Dom Mintoff.

F’konferenza tal-aħbarijiet quddiem il-bini tal-Qorti Dr Delia qal li għandu viżjoni fil-qasam tal-ġustizzja u jixtieq li mill-Oppożizzjoni, il-PN jasal biex jikkonvinċi lill-Gvern biex jimplimenta numru ta’ rakkomandazzjonijiet.

Fost ir-rakkomandazzjonijiet huwa ppropona li jissaħħaħ il-Kumitat dwar il-Ħatriet tal-Ġudikatura, isir studju dettaljat dwar il-ħtieġa ta’ Qorti ġdida, li l-Qrati jkollhom l-awtonomija amministrattiva tagħhom billi jkollhom budget allokat lilhom, li jkun hemm aktar Qrati, prijorità lill-Qorti tal-Familja u riforma fil-Qrati tat-tieni stanza.

Huwa qal li jinsab imħasseb ukoll li Malta tonfoq biss €9 f’taħriġ fuq kull membru tal-korp tal-pulizija fis-sena. Sostna li l-pulizija għandhom jingħataw iżjed taħriġ biex jaqdu d-dmirijiet tagħhom kif jixraq.

Żied jgħid li l-membri tal-Korp tal-Pulizija għandhom jingħataw il-ħlasijiet dovuti lilhom f’overtime u allowances oħra mingħajr dewmien.