Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  
Sajjetta tolqot żona fiż-Żurrieq u tikkawża nirien   |  Ikkonfermata l-analiżi ta' Newsbook: Debono jċedi s-siġġu   |  Kittieba konservattivi jakkużaw lill-Papa b'ereżija   |  "In-nisa m'għandhomx jirrifjutaw l-irġiel": Il-BA tinvestiga, oħrajn ma jaraw xejn ħażin   |  Merkel jew Schulz? Il-Ġermaniżi jivvutaw

Il-Vatikan jiftaħ Kappella biex jarawha abbatini Maltin

16/08/17 07:41 PM

Il-Grupp ta’ abbatini Maltin li qed jagħmlu servizz fil-Vatikan kellhom l-opportunità li jżuru l-Kappella Pawlina, iddedikata lill-Migja ta’ San Pawl f’Malta, fil-Palazz Apostoliku.

L-abbatini animaw din iż-żjara permezz ta’ qari mir-rakkont tal-Miġja ta’ San Pawl f’Malta mill-Atti tal-Appostli. Flimkien, wara, huma talbu t-talba tal-Kredu.

Il-Kappella nfetħet apposta għat-tfal Maltin wara li Patri Pawl, Agostinjan, talab lill-Gwardja Żvizzera biex tiftaħ il-Kappella li kienet magħluqa għall-publiku.