Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  
Sajjetta tolqot żona fiż-Żurrieq u tikkawża nirien   |  Ikkonfermata l-analiżi ta' Newsbook: Debono jċedi s-siġġu   |  Kittieba konservattivi jakkużaw lill-Papa b'ereżija   |  "In-nisa m'għandhomx jirrifjutaw l-irġiel": Il-BA tinvestiga, oħrajn ma jaraw xejn ħażin   |  Merkel jew Schulz? Il-Ġermaniżi jivvutaw

Jaħtafha minn għonqha għax iddejjaq jistenna l-bagalja

Josianne  Camilleri  -  16/08/17 04:33 PM

Passiġġier li għamel madwar siegħa jistenna biex il-bagalji jiddaħħlu l-ajruport, spiċċa nfexx f’impjegata meta ħatafha minn għonqha waqt li kien qed jgħajjat.

Il-Malti kien fost passiġġieri li lbieraħ fil-11:15pm waslu Malta fuq titjira minn Treviso u li kienu mgħaddba li qattgħu siegħa u kwart jistennew sakemm twasslu l-bagalji tagħhom minn fuq l-ajruplan.

Persuni fuq il-post qalu li f’mument minnhom saħnu sew l-irjus meta xi passiġġieri marru jistaqsu x’kien ġara mill-bagalji u qalulhom li ma kienx hemm biżżejjed nies biex iġorru l-bagalji tat-titjira tagħhom.

Newsbook.com.mt jinsab infurmat li fuq il-post issejjaħ uffiċjal tal-pulizija meta seħħ il-każ tal-passiġġier li ħebb għall-impjegata li kienet qed twieġeb għall-ilmenti.

Turisti mill-istess titjira dehru mifxula u bdew jistaqsu lill-uffiċjal tas-sigurtà li wasal fil-post fejn jidħlu l-bagalji u spjega li kien qed iċempel lil min kien responsabbli.

Fl-istess ħin tat-titjira minn Treviso waslu tliet titjiriet oħra li l-bagalji tagħhom inħarġu b’mod normali.

Għall-mistoqsijiet ta’ Newsbook.com.mt, kelliema għall-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta qalet li “l-passiġġieri li waslu fuq it-tijira minn Treviso fil-11:14pm esperjenzaw dewmien fl-ipproċessar tal-bagalji tagħhom; l-ewwel bagalji ħarġu fuq iċ-ċinga fil-Baggage Reclaim fin-00:31am. Malli ġie infurmat bil-każ, it-tim tal-MIA mar fil-post immedjatament biex jassisti lill-passiġġieri.

L-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta jixtieq jagħmel apoloġija lill-passiġġieri kkonċernati.  Il-kumpanija qiegħda taħdem mill-viċin mal-entitajiet rilevanti fl-ajurport sabiex tpatti għal dan l-inkonvenjent, u anki jittieħdu l-miżuri neċessajri biex sitwazzjoni bħal din ma terġax tirrepeti ruħha.”