Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  
“Ejjew ma nibżgħux, imma nibżgħu għal xulxin” – L-Arċisqof   |  "Irrid li l-libelli li fetaħ Chris Cardona kontra ommi ma jaqgħux" - Iben DCG   |  Il-GWU tgħid li d-dimostrazzjoni tal-Ħadd kompliet tifred   |  Żagħżugħa tinżamm arrestata fuq suspett li qatlet lil binha tarbija

Rwol aktar importanti għal-laboratorji tal-Università ta’ Malta

Christoph  Schwaiger  -  17/08/17 01:54 PM

Permezz ta’ ftehim ġdid, il-laboratorji tal-Università ta’ Malta se jkunu jistgħu jassistu aktar għall-bżonnijiet ta’ pajjiżna permezz ta’ standards fl-assigurazzjoni tal-kwalità u fil-prattika tajba fil-manifattura.

B’dan il-ftehim, bejn l-Università ta’ Malta u n-netwerk ta’ laboratorji Maltin (MLN), il-laboratorji tal-Università se jissodisfaw ir-rekwiżiti regolatorji tal-Unjoni Ewropea, li jinkludu l-kalibrazzjoni tal-apparat u l-validazzjoni tal-proċessi. 

L-akkreditazzjoni tkun xiehda tar-riżultati konsistenti, validi u affidabbli li jipproduċu l-laborarji ta’ din l-istituzzjoni.

L-Università ta’ Malta, bil-fakultajiet u l-istituti varji tagħha, għandha numru kbir ta’ laboratorji mgħammra b’faċilitajiet mill-aktar moderni li jintużaw għat-tagħlim u r-riċerka. 

Permezz ta’ dan l-iskambju ġdid, dawn ikunu jistgħu jaqdu l-bżonnijiet tal-pajjiż, meta dan ma jtellifx il-funzjonijiet ta’ tagħlim u ta’ riċerka tal-Università.

Apparti minn hekk, standards aktar għoljin jkomplu jgħollu l-kwalità tal-istudji ta’ riċerka u l-parti prattika tal-edukazzjoni universitarja. Jiffaċilitaw ukoll it-trasferiment teknoloġiku.

Huwa maħsub li permezz ta’ dan l-investiment, l-Università ta’ Malta se tkun f’pożizzjoni li tagħti kontribuzzjoni akbar lill-industrija, lill-investigazzjonijiet forensiċi u fl-oqsma tal-farmaċewtika u fil-qasam mediku.