Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  
Sajjetta tolqot żona fiż-Żurrieq u tikkawża nirien   |  Ikkonfermata l-analiżi ta' Newsbook: Debono jċedi s-siġġu   |  Kittieba konservattivi jakkużaw lill-Papa b'ereżija   |  "In-nisa m'għandhomx jirrifjutaw l-irġiel": Il-BA tinvestiga, oħrajn ma jaraw xejn ħażin   |  Merkel jew Schulz? Il-Ġermaniżi jivvutaw

​5 kantanti Maltin ikantaw barra minn xtutna

20/08/17 07:04 PM

Ħames kantanti Maltin ħadu sehem fir-raba’ edizzjoni tal-Festival Bled Microphone li sar bejn l-19 ta’ Lulju, 2017 u 23 ta’Lulju, 2017.

Il-Grupp kien kompost min żewġ membri ta’ Singer Stage Academy li kienu Elisa Muscat u Shaian Debono, Gaia Gambuzza studenta ta’ Phyillisienne Brincat, u Christina Margin u Marita Falzon studenti ta’ Claudia Magrin minn The Voice Lab Malta.

Dawn ġew mistiedna mid-direttur tal-Festival Sandi Vovk.

F’dan il-Festival ħadu sehem xejn inqas 66 kantant minn 14-il pajjiż differenti.  

F’sezzjoni ‘XXS’ ta’ bejn 6 u 8 snin Gaia Gambuzza spiċċat fit-tielet post, apparti li rebħet wkoll il-premju tal-Aħjar Kostum min fost il-parteċipanti kollha.

F’sezzjoni ‘XS’ kienet għal kantanti ta’ bejn id-9 u 10 snin ħadet sehem Elisa Muscat, din kienet it-tieni esperjenza tagħha f’dan il-Festival wara li kienet ħadet sehem f’2015.  Elisa kellha x-xorti li tkun dikjarata rebbieħa tal-GRAND PRIX għal kantanti ta bejn is-sitta u 12-ilsena fejn rebħet Trofrew u premju ta’ €400.

Il-Ferħ tal-grupp Malti kompla jikber fit-tmiem ta’ dan il-Festival meta anki tħabbar li Christina Magri ġiet iddikjarata wkoll rebbieħa tal-GRAND PRIX  tal-kbar minn 13-il sena sa 40  fejn rebħet Trofrew u premju ta’ €1000.

Il-Kantanta Shaian Debono li ħadet sehem fis-sezzjoni ‘L’ għal kantanti ta’ bejn il-15 u l-17-il sena, rebħet il-Prempju tal-Aħjar Vuċi barranija minn fost 66 parteċipant.

Kantanta  oħra li ħadet sehem li kienet esperjenza sabiħa għaliha kienet Marita Falzon li ħadet sehem fis-Seżżjoni ‘XL’ għal kantanti ta’ bejn it-18 sal-40 sena.