Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  
Sajjetta tolqot żona fiż-Żurrieq u tikkawża nirien   |  Ikkonfermata l-analiżi ta' Newsbook: Debono jċedi s-siġġu   |  Kittieba konservattivi jakkużaw lill-Papa b'ereżija   |  "In-nisa m'għandhomx jirrifjutaw l-irġiel": Il-BA tinvestiga, oħrajn ma jaraw xejn ħażin   |  Merkel jew Schulz? Il-Ġermaniżi jivvutaw

Filmat: Jasal Malta l-grupp leġġendarju The Wailers...lest għar-reggae?

Matthew Borg  -  24/08/17 06:32 PM

Wasal Malta l-grupp leġġendarju reggae The Wailers!

Opportunità li żgur hi għal qalb id-dilettanti kollha tal-mużika reggae, partikularment minn dal-grupp li fl-aqwa ta’ żmienu fis-Sebgħinijiet ħadem mal-isem li l-aktar nassoċjaw ma’ dan l-istil...Bob Marley.

Il-kantant Josh Barrett, eks-Judas Tribe, li fl-2014 ingħaqad mal-grupp fuq talba tad-drummer Aston Barrett Jr, se jkun qed iwassal il-messaġġ ta’ paċi, imħabba u rispett mad-daqqa sinonima tar-reggae.

Aston Barrett Jr huwa iben il-bassist oriġinali u wieħed mill-fundaturi tal-grupp, Aston “Familyman” Barrett.

Iżda għal dawk ftit akbar fiż-żmien, se jkun hawn f’Malta tliet membri oriġinali tal-grupp; Junior Marvin u Donald Kinsey, flimkien mal-inġinier tas-sound Dennis Thompson.

Din hija t-tieni darba li l-Wailers se jdoqqu f’Malta.

Għal aktar vibes, għada l-Wailers se jkunu qed jistennewkom l-ARIA f’San Ġwann mis-7pm ’il quddiem.

Qabilhom se jdoqq il-grupp Malti Ska, The Riffs.

Biljetti minn hawnhekk.