Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  

Ritratti: L-aħħar żviluppi dwar il-Knisja ta' Ġieżu

24/08/17 08:13 PM

Hekk kif dalgħodu fil-Knisja ta’ Ġieżu fir-Rabat kompla jitneħħa t-terrapien u x-xorok wara li ġġaraf parti mis-saqaf tal-Knisja, il-Patrijiet Franġiskani flimkien mal-esperti qed jippjanaw ix-xogħlijiet sabiex jittranġaw il-ħsarat u l-Knisja jkollhom koppla.

Ma’ Newsbook.com.mt il-Provinċjal Patri Richard Grech spjega li l-bini tal-Knisja ma għandu ebda ħsara. Stqarr li l-biċċa li waqgħet kienet inbniet 300 sena ilu bi ħsieb proviżorju sakemm issir il-koppla.

Patri Grech spjega li flimkien mal-esperti, il-Patrijiet qed jaraw il-possibiltajiet biex jibnu l-koppla. Stqarr li bħalissa l-arkivista tal-Ordni qed jgħarrex biex jara jekk qatt kienx hemm xi disinn tal-koppla.

Żied jgħid li l-binja tal-Knisja turi li l-bini jeħtieġ il-koppla sabiex ikun magħluqa. Dan hekk kif fl-istruttura tal-bini hemm il-ħoġor bi tmien twieqi għall-koppla li kienet maħsuba li ssir ovali bi tliet twieqi kull naħa u tnejn oħra kbar quddiem u wara.

Intant Patri Grech spjega li lbieraħ waslu t-travi sabiex jibda r-restawr fis-saqaf tal-Knisja. Dan it-travi se jitqiegħdu f’posthom nhar is-Sibt li ġej sabiex jibda x-xogħol ta’ restawr.

Stqarr li tneħħa l-membrane u  għalissa sar plastik oħxon sabiex jilqgħu mill-elementi tat-temp fosthom ix-xita.

Sadanitant hekk kif kompla jitneħħa t-terrapien bdiet toħroġ aktar il-ħsara li seħħet fosthom fil-presbiterju. Dan hekk kif flimkien mal-Altar Mejda, li tkissret max-xorok, irid jiġi rranġat il-Presbiterju sħiħ.

Il-Provinċjal qal li bħalissa l-Quddies qed isir fl-Oratorju tal-Arċikonfraternità ta’ San Ġużepp.

Min jixtieq jagħti donazzjoni biex jgħin fir-restaw tal-Knisja, jista’ jagħti d-donazzjoni tiegħu f’kont tal-bank tal-BOV: 400 2086 8884 u l-IBAN MT43VALL2201300000040020868884.

Ritratti: Facebook: Knisja Santa Marija ta' Ġesù Patrijiet Franġiskani - Rabat