Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  

L-informazzjoni tiegħek tiswa aktar miż-żejt

Leon  Xuereb  -  25/08/17 08:17 PM

Id-dejta personali tan-nies illum il-ġurnata saret aktar importanti miż-żejt.

Ammonti kbar ta' informazzjoni personali huma kontrollati minn 5 mega-korporazzjonijiet globali li huma ikbar u aktar b'saħħithom minn gvernijiet minn madwar id-dinja.

Skont is-sit CBS l-iktar ħames kumpaniji b'saħħithom li hawn fid-dinja huma Apple, Amazon, Facebook, Microsoft u Google

Dan għax għandhom aċċess għad-dejta tal-maġġoranza tal-popolazzjoni fid-dinja.

L-awtur tal-ktieb Move Fast and Break Things: How Google, Facebook and Amazon Cornered Culture and Undermined Democracy, Jonathan Taplin, qal li d-dejta tan-nies saret importanti u tiswa daqs iż-żejt.

Dan l-għaliex din l-informazzjoni li tinġabar minn dawn il-korporazzjonijiet ġganteski tista' tintuża biex tinfluwenza kull aspett ta' ħajjitna, inkluż l-imġiba tagħna u d-deċiżjonijiet li nieħdu.

Skont Taplin aktar kemm nużaw il-pjattaformi ta' dawn il-korporazzjonijiet u nagħtuhom informazzjoni personali aktar inkunu qed inżidulhom il-poter għax l-informazzjoni tiswa l-flus u l-flus jagħtuhom aktar poter.

Hu sostna li dawn il-korporazzjonijiet kapaċi jitgħallmu jinnutaw dak li rridu bbażat fuq il-mod ta' kif nużaw il-prodotti tagħhom.