Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  
Sajjetta tolqot żona fiż-Żurrieq u tikkawża nirien   |  Ikkonfermata l-analiżi ta' Newsbook: Debono jċedi s-siġġu   |  Kittieba konservattivi jakkużaw lill-Papa b'ereżija   |  "In-nisa m'għandhomx jirrifjutaw l-irġiel": Il-BA tinvestiga, oħrajn ma jaraw xejn ħażin   |  Merkel jew Schulz? Il-Ġermaniżi jivvutaw

Ritratti: Il-Patrijiet isibu aktar ħsara milli stennew

Yendrick  Cioffi  -  25/08/17 12:57 PM

Hekk kif kompla jitneħħa t-terrapin mill-Knisja ta’ Ġieżu fir-Rabat, qed tkompli tinkixef il-ħsara li saret fuq il-presibterju.

Il-Patrijiet Franġiskani kkonfermaw li l-artal medja tal-irħam inqered għal kollox u kif jixhdu r-ritratti hemm ħsara kbira wkoll fuq l-art tal-presbiterju.

Għalhekk, apparti artal mejda ġdid, il-Patrijiet Franġiskani jridu jaħsbu wkoll għall-paviment tal-presbiterju.

Dan apparti apparat jew oġetti oħra li kienu jintużaw fuq l-artal.

L-irħam tal-artal maġġur ukoll ġarrab xi ħsarat.

Bħalissa qed jittellgħu travi tal-ħadid biex tissaqqaf il-parti ta’ fejn kien hemm l-art u qed tiżżarma l-parti li ma waqgħetx.

Wara se jkun qed jitpoġġa saqaf proviżorju sakemm jibda x-xogħol fuq il-koppla li minn dejjem kien hemm il-pedamenti għaliha imma qatt ma saret.

Il-Patrijiet spjegaw ukoll li  huma grati mmens għall-għajnuna li offrew il-Gvern u entitajiet oħra iżda hemm impressjoni ħażina li dawn se jħallsu għall-ispiża kollha.

Saħqu li din l-impressjoni hija ħażina u mhux qed jippretendu li għandu jsir hekk, għax fi kliemhom mhux “il-problemi tagħna biss jeżistu fil-pajjiż.”

Għalhekk il-Patrijiet Franġiskani appellaw għall-għajnuna finanzjarja biex ikunu jistgħu jsiru x-xogħlijiet u fakkru li l-knisja hija wkoll patrimonju nazzjonali

Wieħed jista’ jgħin b’depożitu fil-Fond Bankarju ta’ Emerġenza  (IBAN - BOV A/C - MT43VALL22013000000040020868884 - Franciscan St. Mary of Jesus A/C).

Is-Sibt u l-Ħadd filgħaxija l-Patrijiet se jkunu fil-knisja  jilqgħu kull donazzjoni.

Ċekkijiet jistgħu jintbagħtu bil-posta fuq, Patrijiet Franġiskani, Triq San Pawl, Rabat, Malta.