Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  

#tużahx: X'tista' tagħmel biex tevita multa ta' €100?

Charmaine  Attard   -  25/08/17 02:46 PM

Jekk għadek ma smajtx, Newsbook.com.mt u RTK bħalissa għaddejjin b’kampanja ta’ għarfien, biex tkompli tirrealizza għaliex huwa aħjar jekk il-mowbajl ma #tużahx waqt li tkun issuq... ovvjament minbarra li tispiċċa b’€100 inqas fil-but! 

Kun af li... 

  • “Meta tuża l-mowbajl waqt li ssuq tkun qisek għalaqt għajnejk għal 5 sekondi u bqajt issuq” – Konsulent Emerġenza Mater Dei.
  • Jekk issuq b’għajnejk fuq il-mowbajl għal 5 sekondi bit-88 kilometru fis-siegħa, tkun ġrejt daqs tul ta’ grawnd tal-futbol.
  • Fl-2016, il-Pulizija (biss) taw iktar minn 8,000 ċitazzjoni minħabba l-mowbajl waqt is-sewqan.
  • L-iktar ċitazzjonijiet minħabba l-mowbajl fl-2016 ingħataw f’Ħal Qormi, f’Ħaż-Żebbuġ u fis-Siġġiewi.
  • L-inqas ċitazzjonijiet ingħataw f’Birkirkara, f’Ħal Lija, f’Ħal Balzan, f’Ħ’Attard, fl-Iklin, fin-Naxxar u fil-Għargħur.

X’tista’ tagħmel bil-mowbajl waqt li tkun qed issuq?

  • Agħmlu silent biex tevita t-tentazzjoni li tirrispondi għal xi messaġġ jew telefonata.
  • Sakkar il-mowbajl b’password apposta biex waqt is-sewqan ma tkunx tista’ taċċessah.
  • Żomm il-mowbajl fuq wara, f’basket fejn ma tkunx tista’ tilħqu.
  • Niżżel app li ma tħallikx taċċessa l-mowbajl waqt li tkun qed issuq, ħlief biex iċċempel 112 f’każ ta’ emerġenza.
  • Uża apparat bil-bluetooth bħal earpiece jew radju, li jkollu din il-faċilità, biex għallinqas ma tkunx qed tuża l-mowbajl b’mod t’ aljenazzjoni waqt li tkun qed issuq.
  • Jekk għandek passiġġier li tafdah, ħallih iwieġeb it-telefonata jew jibgħat iċ-chat f’ismek.

Jekk jogħġbok… għalik u għal ħaddieħor, #tużahx

Messaġġi mwassla minn Vodafone Malta Foundation, Newsbook.com.mt, RTK 103FM, u Laferla Insurance Agency Ltd, flimkien mal-Korp tal-Pulizija, id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili u ċ-Ċentru għall-Għoti tad-Demm.

Ritratt: Ian Noel Pace