Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  

Ma tistax tidħol fuq Facebook?

26/08/17 04:38 PM

Għadd ta’ utenti tal-Facebook ma jistgħux jidħlu fil-kont tagħhom u oħrajn ma jistgħux jagħmlu lajks jew jikkumentaw.

Rapporti internazzjonali qed jirrapportaw li eluf ta’ nies qed jirrapportaw li ma jistgħux jidħlu fuq Facebook.

Għadd ta’ utenti meta qed jipprovaw jidħlu fuq Facebook qed tiġihom nota li għaddejjin ċertu tiswijiet u ma jħallihomx jidħlu.

Jidher li l-ħsara affettwat kemm s-sit ta’ Facebook kif ukoll l-apps.

Utenti ta’ Instagram, li hija wkoll tal-kumpanija Facebook, qed jirrapportaw li għandhom  problemi simili biex jaċċessaw il-profil tagħhom.

Il-ħsarat affetwaw kemm pajjiżi Ewrope, fl-Awstralja, l-Istati Uniti u l-Brażil.

Mal-ħin uħud mill-utenti setgħu jibdew jaċċessa Facebook mill-ġdid.