Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  
Sajjetta tolqot żona fiż-Żurrieq u tikkawża nirien   |  Ikkonfermata l-analiżi ta' Newsbook: Debono jċedi s-siġġu   |  Kittieba konservattivi jakkużaw lill-Papa b'ereżija   |  "In-nisa m'għandhomx jirrifjutaw l-irġiel": Il-BA tinvestiga, oħrajn ma jaraw xejn ħażin   |  Merkel jew Schulz? Il-Ġermaniżi jivvutaw

L-Isqof Grech iżur il-Knisja ta' Ġieżu; Żgħażagħ Pawlini wkoll jagħtu l-għajnuna

Yendrick  Cioffi  -  27/08/17 09:59 AM

L-Isqof ta’ Għawdex Monsinjur Mario Grech żar il-knisja tal-Patrijiet Franġiskani tar-Rabat biex juri solidarjetà magħhom u jara x-xogħlijiet li diġà bdew.

Fuq Facebook, l-Isqof ta’ Għawdex qal li filwaqt li l-ħsara hija kbira, ammira l-pożittività tal-patrijiet li xammru l-kmiem u bdew ix-xogħol.

Qal ukoll li baqa’ impressjonat bin-nies li ra jagħtu l-għajnuna, kemm fiżika imma anke finanzjarja.

Intant, ‘il bogħod minn kull rivalità, iż-Żgħażagħ Rabtin Pawlini taw donazzjoni ta’ €500 lill-Patrijiet Franġiskani.

Il-Patrijiet Franġiskani ħabbru wkoll li l-Pawlini Rabtin ukoll se jippreżentaw il-kontribut tagħhom u li l-Parroċċa se tkun qed tagħmel ġabra speċjali matul tmiem il-ġimgħa li ġej.

Din il-ġimgħa, malli kompla jitneħħa t-terrapin, il-Patrijiet sabu ħafna aktar ħsara milli stennew. Fost dawn, spiċċa għal kollox l-artal mejda tal-irħam u hemm ħsara kbira fuq il-paviment tal-presbiterju.

Illejla, il-Patrijiet se jkunu l-knisja jilqgħu d-donazzjonijiet.

Wieħed jista’ jgħin b’depożitu fil-Fond Bankarju ta’ Emerġenza  (IBAN - BOV A/C - MT43VALL22013000000040020868884 - Franciscan St. Mary of Jesus A/C).