Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  
Sajjetta tolqot żona fiż-Żurrieq u tikkawża nirien   |  Ikkonfermata l-analiżi ta' Newsbook: Debono jċedi s-siġġu   |  Kittieba konservattivi jakkużaw lill-Papa b'ereżija   |  "In-nisa m'għandhomx jirrifjutaw l-irġiel": Il-BA tinvestiga, oħrajn ma jaraw xejn ħażin   |  Merkel jew Schulz? Il-Ġermaniżi jivvutaw

Filmat: Kif tista' tinduna jekk hemmx kelb il-baħar fejn qed tgħum?

Leon  Xuereb  -  28/08/17 03:48 PM

L-Awstralja hi magħrufa għal ħafna affarijiet, fosthom ix-xemx, il-bajjiet u l-ammont sostanzjali ta’ annimali perikolużi li jistgħu jigdmuk, jivvelenawk jew iniggżuk mingħajr ħsieb.

Dan il-fatt serva bħala motivazzjoni għal grupp ta’ riċerkaturi li ħolqu drone li kapaċi jinnota fejn ikunu l-klieb il-baħar b’rata aktar mgħaġġla u preċiża minn dik li tal-bniedem. 

Dan id-drone, magħruf aktar bħala SharkSpotter, juża’ algorittmi apposta biex jinduna fejn ikun hemm kelb il-baħar minn fuq filmat miġbud live u li jkun qed jiġi rrekordjat dak il-ħin stess mingħajr dewmien fit-trażmissjoni waqt li jkun qed itir fuq il-baħar viċin il-bajja. 

Mibni permezz ta' intelliġenza artifiċjali u algorittmi avvanzati, SharkSpotter kapaċi saħansitra jiddistingwixxi d-differenza bejn denfil u kelb il-baħar, kif ukolla ħlejjaq oħra tal-baħar.

Permezz ta’ spiker li għandu mwaħħal apposta miegħu, SharkSpotter kapaċi wkoll javża’ lill-għawwiema f’każ li jkun hemm kelb il-baħar tgħum fil-viċin qabel ma dawn ikunu ndunaw bih. 

Is-sena l-oħra fl-Awstralja kien hemm 26 każ ta’ attakki minn klieb il-baħar, inkluż żewġ każijiet fatali. 

Għalkemm uħud jargumentaw li dan in-numru mhux kbir, ħafna jsostnu li l-ħsieb tal-possibilità ta’ attakk minn klieb il-baħar jittromenta lil ħafna Awstraljani li jkunu xettiċi meta jinżlu jgħumu minħabba l-ammont ta’ riskju.

Dawn id-drones se jibdew jintużaw regolarment f’bajjiet fi New South Wales u Queensland minn Settembru li ġej.