Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  
Sajjetta tolqot żona fiż-Żurrieq u tikkawża nirien   |  Ikkonfermata l-analiżi ta' Newsbook: Debono jċedi s-siġġu   |  Kittieba konservattivi jakkużaw lill-Papa b'ereżija   |  "In-nisa m'għandhomx jirrifjutaw l-irġiel": Il-BA tinvestiga, oħrajn ma jaraw xejn ħażin   |  Merkel jew Schulz? Il-Ġermaniżi jivvutaw

​Mill-West End u l-Proms għall-Marina Tal-Imġarr

Josianne  Camilleri  -  29/08/17 12:34 PM

Mużiċisti żgħażagħ Għawdxin kumplimentati minn mużiċisti baranin residenti Għawdex kif ukoll Maltin, qed iħejju għat-tielet edizzjoni ta’ Stage and Proms on the Sea.

Stage and Proms on the Sea tinkludi siltiet minn shows li jsiru fil-West End kif ukoll siltiet immortatli li jiġu esegwiti fil-Proms f’Londra. L-udjenza tkun tista’ titpaxxa f’xalata ta’ siltiet u medleys minn musicals kif ukoll siltiet ferm popalari li jiġu esegwiti fil-Proms Final Night fir-Royal Albert Hall.

Wara li ttellgħet b’suċċess l-Edizzjoni Speċjali tal-10 Anniversarju ta’ Opera vs Pop Under the Stars minn The Gozo Youth Orchestra nhar it-Tnejn 31 ta’ Lulju, 2017 fil-ġonna tal-Villa Rundle fir-Rabat Għawdex, issa jmiss lil The Gozo Youth Wind Band sabiex tippreżenta kunċert spettakolari ieħor bl-isem ta’ Stage and Proms on the Sea.

Stage and Proms on the Sea se ssir it-Tnejn 11 ta’ Settembru fit-8.30pm fl-Imġarr Marina, Għawdex. Dħul b’Xejn (standing). Min irid jista’ jibbukja post VIP madwar mejda u jgawdi l-kunċert filwaqt li jkun intitolat għal welcome drink, Tris of Pasta u Dessert.

Għal aktar informazzjoni u biex tirreserva post għall-ikel ċempel 7942 1611, 9942 1611, gozowindbandorchestra@yahoo.co.uk

Dan il-kunċert seta’ jsir bil-kollaborazzjoni tal-Ministeru għal Għawdex, MTA, J.Portelli Projects, l-Uffiċċju tal-Informazzjoni u d-Dipartiment tal-Kultura t’Għawdex, Coca Cola, Visit Gozo u d-diriġenti tal-Mġarr Marina.