Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  
Sajjetta tolqot żona fiż-Żurrieq u tikkawża nirien   |  Ikkonfermata l-analiżi ta' Newsbook: Debono jċedi s-siġġu   |  Kittieba konservattivi jakkużaw lill-Papa b'ereżija   |  "In-nisa m'għandhomx jirrifjutaw l-irġiel": Il-BA tinvestiga, oħrajn ma jaraw xejn ħażin   |  Merkel jew Schulz? Il-Ġermaniżi jivvutaw

Ritratti: #Tużahx bħall-Membri Parlamentari

Ian Noel  Pace  -  30/08/17 03:06 PM

Erba’ Membri Parlamentari ltaqgħu mal-pubbliku u ddiskutew il-kampanja #Tużahx imnedija minn Newsbook.com.mt u RTK.

Din il-kampanja tiffoka fuq l-użu tal-mowbajl waqt is-sewqan. Il-Membri Parlamentari offrew soluzzjonijiet u suġġerimenti permezz ta’ fuljetti biex is-sewwieqa jsibu mezzi kif jevitaw li jużaw il-mowbajl huma u jsuqu.

Il-Membri Parlamentari David Stellini, Rosianne Cutajar, Jean Pierre Debono u Byron Camilleri serqu l-attenzjoni ta’ dawk kollha li inzertaw għaddejjin minn ħdejn il-bini tal-Parlament. L-interess kien wieħed inkoraġġanti u pożittiv tant li kulħadd faħħar din l-inizjattiva.

L-għaqda fost il-Membri Parlamentari miż-żewġ naħat tal-Kamra sebqet xi kummenti politiċi minn uħud minn dawk li waqfu jaraw x’kien għaddej.

Waqt din l-attività, il-Whip tal-Partit Laburista, Byron Camilleri, kif ukoll id-Deputat Nazzjonalista David Stellini ngħaqdu b’kollegamenti diretti ma’ Radju RTK fejn spjegaw ir-reazzjoni tal-pubbliku kif ukoll is-suġġerimenti li huma taw lin-nies. L-Ambaxxatur għall-Italja, Giovanni Umberto De Vito, ingħaqad fil-messaġġ tal-Membri Parlamentari u awgura li l-pubbliku Malti jagħti kas ta’ din il-kampanja biex jonqsu l-fatalitajiet u l-inċidenti fit-toroq.

Il-kampanja #tużahx kienet possibbli bl-għajnuna tal-Vodafone Malta Foundation, RTK 103FM, u Laferla Insurance Agency Ltd., bil-kollaborazzjoni tal-Korp tal-Pulizija, id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili u ċ-Ċentru għall-Għoti tad-Demm.

Ritratti: Ian Noel Pace