Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  
Jinstab raġel mejjet fil-baħar   |  "Diġà hemm ħafna kriminalità: Iżżiduhiex bil-'gentlemen's clubs'"   |  “Il-Knisja Maltija hi importanti għall-Papa” – In-Nunzju Appostoliku   |  Il-Golfo Azzurro ordnat jidħol Tripli b'theddid li jinfetaħ in-nar fuqu

Awdjo: "Ġejja maltempata kbira"

Leon  Xuereb  -  07/08/17 07:38 PM

Hekk kif it-temperatura tal-baħar aktar ma' jmur dejjem qed togħla, dan ikompli jindika li ġejja maltempata kbira lejn tmiem is-sajf.

Ma' Newsbook.com.mt Andrea Muscat, iż-żagħżugħ mill-Għarb li hu l-moħħ wara l-paġna Gozo Weather fuq Facebook, qal li għalkemm għadu kmieni wisq biex inkunu nafu d-dati, meta wieħed iħares lejn it-temp simili tas-snin tal-2003, l-2007 u l-2008 dawn dejjem spiċċaw b'maltempata kbira.

Din is-sena ma jidhirx li se tkun eċezzjoni.

Dan għaliex il-kuntrast fit-temperaturi bejn dik tal-baħar għal dik friska li mistennija tiġi minn fuq l-Ewropa lejn tmiem is-sajf dejjem qed jiżdied.

Żied jgħid li għalkemm l-aħħar darba li t-temperatura tal-baħar f'Malta kisret rekord kien fl-2003 f'temperaturi simili ħafna għal ta' bħalissa, din is-sena t-temperatura tal-baħar tinsab bejn 1 u 2 gradi aktar mill-medja.

Muscat sostna li għalkemm is-sħana tibqa' tinħass f'Settembru minħabba l-umdità u li għadu kmieni wisq biex tkun indikata data għall-ewwel maltempata, fis-snin passati l-ewwel maltempata dejjem kienet lejn l-aħħar t'Awwissu jew il-bidu ta' Settembru. 

Il-Physical Oceanography Research Group fi ħdan id-Dipartiment tal-Ġeoxjenza fi ħdan l-Università ta’ Malta qed jinnota kif it-temperatura tal-baħar qed tilħaq l-ogħla livelli tagħha tard waranofsinhar meta l-wiċċ tal-baħar ikun assorba r-radjazzjoni tax-xemx ta’ filgħodu.

Skont il-Grupp ta’ riċerka, l-aktar baħar sħun ikun dak l-inqas fond, fosthom il-bajjiet u l-portijiet.