Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  
AĦNA MHUX SE NISKTU   |  Il-President tilqa' lis-Soċjetà Ċivili; Jitolbu r-riżenja mmedjata tal-Kummissarju u l-AĠ   |  "Mhux eskluż li l-assassinju kien ikkummissjonat minn politiċi" - Oħt DCG   |  Ritratti: Quddiem id-Depot isejħu għar-riżenja tal-Kummissarju tal-Pulizija

Filmat: L-abbatini Maltin li ltaqgħu mal-Papa

Charmaine  Attard   -  07/08/17 09:39 AM

Għadd ta' abbatini Maltin li għadhom kif iltaqgħu mal-Papa Franġisku fil-Vatikan, irrakkuntaw l-esperjenza tagħhom ma' Newsbook.com.mt.

Ilbieraħ ma’ Newsbook.com.mt il-Koadjatur tal-Kapitlu tal-Bażilika ta’ San Pietru fil-Vatikan, Monsinjur Francis Bonnici spjega li għall-abbatini l-laqgħa mal-Papa Franġisku kienet sorpriża. Stqarr li lbieraħ huwa rċieva telefonata biex jgħidulu li l-Papa jrid jiltaqa’ mal-abbatini wara l-Anġelus.

Huwa qal li filgħodu ħa t-tfal quddiem San Pietru biex taparsi jieħdu ritratt ta' grupp quddiemu. Spjega li għalih dak kien prova għal meta jieħdu ritratt mal-Papa. Żied jgħid li t-tfal kienu jafu li se jiltaqgħu mal-Papa 30 minuta qabel biss.