Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  

Attent jekk tikteb il-password tiegħek hekk...

Leon  Xuereb  -  09/08/17 03:55 PM

Ilkoll kemm aħna nippruvaw nagħżlu passwords diffiċli u kumplessi, biex niftakruhom bil-għan li nżidu s-sigurtà, għal xi imejl jew profil fuq il-midja soċjali.

Imma l-istess raġel li fl-2003 ħareġ b'dawn ir-'regoli' ta' x'wieħed jista' jagħmel biex ikollu password aktar sigur, riċentament ammetta li l-parir tiegħu kien żbaljat.

L'hekk imsejjaħ 'bibbja' ta' Bill Burr dwar is-sigurtà tal-passwords inkiteb 14-il sena ilu, meta kien jaħdem għall-Gvern tal-Istati Uniti.

Il-parir tiegħu kien li wieħed għandu jibdel il-password tiegħu ta' spiss u biex kemm jista' jkun juża numri, simboli u ittri kbar.

Riċentament hu qal li jiddispaċih li ta dan il-parir, hekk kif fil-verità dawn it-tip ta' passwords huma aktar faċli biex tiħħekjahom.