Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  

​Filmat: Iweġġa’ l-Papa Franġisku

Charmaine  Attard   -  10/09/17 10:18 PM

Il-Papa Franġisku ġarrab ġrieħi f’wiċċu hekk kif il-vjaġġ tiegħu fil-Kolumbja jiġi fi tmiemu għada.

Il-Kelliem għall-Vatikan qal li l-Papa tilef il-bilanċ meta kien fuq il-Pope Mobile, li kienet għaddejja minn qalb il-folla f’Cartagena.

Minkejja li ma weġġax gravi, Franġisku ħabat l-għadma ta’ ħaddejh u l-kappell ta’ għajnu x-xellugija.

Il-Vatikan spjega li l-Papa ngħata trattament bis-silġ u seta’ jkompli bil-vjaġġ tiegħu.

Rapporti internazzjonali qalu li fil-filmati, il-Papa deher jaħbat wiċċu ma’ virga vertikali tal-Pope Mobile.

Hekk kif kien ħiereġ minn dar f’żona fqira, qal b’ton ċajtier, li għalkemm laqqat daqqa ta’ ponn jinsab tajjeb.