Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  
Sajjetta tolqot żona fiż-Żurrieq u tikkawża nirien   |  Ikkonfermata l-analiżi ta' Newsbook: Debono jċedi s-siġġu   |  Kittieba konservattivi jakkużaw lill-Papa b'ereżija   |  "In-nisa m'għandhomx jirrifjutaw l-irġiel": Il-BA tinvestiga, oħrajn ma jaraw xejn ħażin   |  Merkel jew Schulz? Il-Ġermaniżi jivvutaw

Daqshekk ‘Size 0’

11/09/17 12:49 PM

Żewġ kumpaniji ewlenin fil-qasam tal-prodotti lussużi u l-moda Louis Vuitton Moet Hennessy (LVMH) u Kering, qablu li jieħdu passi biex itemmu l-użu ta’ mudelli irqaq ħafna fl-isfilati tal-moda tagħhom. Jidher li dan il-pass qed jittieħed wara pressjoni pubblika li ilha għaddejja bosta snin, li l-mudelli ‘size 0’ ma jirrappreżentawx la r-realtà u lanqas jagħtu dehra ta’ dik li suppost hija persuna f’saħħitha. 

Bosta kienu l-mudelli li, f’dawn l-aħħar snin ħarġu fil-pubbliku jitkellmu dwar il-problemi li kellhom b’kundizzjonijiet bħal bulemija u l-anoressija, biex iżommu mal-livelli ta’ daqs, mitluba mill-industrija tal-moda.

F’dawn l-aħħar snin, il-mudelli u l-konsumaturi żammew għaddejja pressjoni bla heda kontra l-grupp ta’ disinjaturi tal-moda li kienu jiddettaw kif għandha tidher il-mara, mingħajr l-iċken każ tat-tbatija u l-konsegwenzi li jġib miegħu qadd ta’ 24 pulzier.

Antoine Arnault tal-konsorzju LVMH qal li huwa grazzi għall-mezzi soċjali li din il-pressjoni, li ilha teżisti għal dawn l-aħħar 15-il sena, laħqet il-qofol tagħha. Il-frażi ‘Size 0’ kienet twieldet f’Los Angeles fid-disgħinijiet meta kienet tintuża biex tirreferi għad-daqs li kellhom ikunu atturi aspiranti.