Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  

Ferħ imdardar

11/09/17 01:33 PM

Wild irjali dejjem isib ruħu fl-aħbarijiet, anke meta, bħar-Reġina Vitorja, din l-aħbar kienet saret pjuttost waħda regolari. Id-Dukessa Kate ta’ Cambridge qed tistenna t-tielet tarbija u milli jidher din it-tqala wkoll qed twassalha għal nawżea qawwija filgħodu.

Din in-nawżea tissejjaħ hypermenses gravidarum (HG). Hija kundizzjoni rari u tista’ tkun serja ħafna, tant li fl-ewwel tqala, id-Dukessa Kate kellha tiddaħħal l-isptar minħabba fiha. HG taffettwa lil 1% tan-nisa tqal. HIja kundizzjoni li taf tgħaddi ma’ l-ewwel ftit xhur, imma tista’ tippersisti sakemm titwieled it-tarbija. Il-kumplikazzjonijiet li l-HG iġġib magħha huma nixfa (dehydration) li jista’ jwassal għal dannu fit-tarbija jekk l-HG ma tiġix ikkurata.

Jidher li l-HG hija kkawżata minn bidliet fl-ormoni u aktar ma t-trattament jibda malajr, aktar aħjar kemm għall-omm kif ukoll għat-tarbija.