Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  

"Tibżgħux tagħmlu l-ewwel pass", Franġisku lill-ifqar fost il-fqar

Matthew Borg  -  11/09/17 11:08 AM

Il-Papa Franġisku għalaq il-vjaġġ tiegħu ta’ ħamest ijiem fil-Kolombja mdawwar bl-ifqar fost il-fqar, u l-messaġġ tiegħu kien biex jagħmlu l-ewwel pass u ma jibżgħux mill-bqija.

F’Kartaġena, waqt l-Anġelus tradizzjonali tal-Ħadd, il-Papa ma kienx fil-pjazza lussuża tal-Vatikan, iżda f’pajjiż mifni bil-kunflitti u b’biċċa xogħol iebsa immens li jerġa’ jibni lilu nnifsu mill-ġdid billi jgħaqqad lin-nies.

Imdawwar b’nies ħafna minnhom tfal u nisa vittmi tat-traffikar tan-nies, Franġisku qal li Alla jgħallem bl-eżempju tal-umli u l-imwarrbin.

Huwa aċċenna għall-fatt li llum, bħal fis-Seklu 16, għad hawn min jidhirlu li jista’ japprofitta mill-ħajja ta’ nies oħra bħalu.

Waqt l-Anġelus il-Papa ffoka fuq iż-żewġ patruni ewlenin tal-Kolombja, Ommna ta’ Chiquinquirá u l-Ġiżwita San Pietru Claver, u silet minn ħajjithom eżempji li juru l-messaġġ tiegħu lil dawk miġbura quddiemu.

Qal li dawn it-tnejn huma mudell ta’ kif nistgħu niksbu lura d-dinjità tagħna, minkejja t-tbatijiet.

Fis-Seklu 16, Cartagena kienet il-belt ewlenija għat-traffikar tal-persuni bħala skjavi.