Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  
Sajjetta tolqot żona fiż-Żurrieq u tikkawża nirien   |  Ikkonfermata l-analiżi ta' Newsbook: Debono jċedi s-siġġu   |  Kittieba konservattivi jakkużaw lill-Papa b'ereżija   |  "In-nisa m'għandhomx jirrifjutaw l-irġiel": Il-BA tinvestiga, oħrajn ma jaraw xejn ħażin   |  Merkel jew Schulz? Il-Ġermaniżi jivvutaw

Timball tal-Għaġin

11/09/17 02:40 PM

Riċetta ta' Anton B. Dougall

NOTA:-  Timbale tfisser forma tonda


Ingredjenti:

  • 400g mqarrun jew spaghetti
  • 150g kurrad
  • Tewma
  • 200g qarabagħli
  • 300g irkotta
  • 3 bajdiet
  • 120g tadam
  • Bżar u melħ
  • 60g ġobon maħkuk Jekk jista jkun uża Grana Padano jew Parmiġġjan
  • Żejt għal qali u biex tidlek il-forma

Metodu:

  1. Għalli l-għaġin f’ ħafna ilma bil-melħ. Żommu ftit wieqaf.
  2. Qatta l-kurrad, tewm u l-qarabagħli fi slices. Għamel ftit żejt ġo taġen u meta jisħon qallihom. Meta jkunu saru neħħi mit-taġen u qiegħed ġo bieqja.
  3. Żid l-ispagetti ma’ din it-taħlita. Ħawwad. Għaffeġ l-irkotta u żidha flimkien ma’ 2 bajdiet li tkun ħabbat qabel. Żid ukoll nofs il-ġobon. Roxx ftit bżar u melħ. Erġa ħawwad.
  4. Qatta t-tadam f’biċċiet żgħar u żid mat-taħlita ta’ l-ispagetti. Trid tagħmel attenzjoni biex int u tħawwad l-għaġin ma tgħaffġux.
  5. Idlek biż-żejt forma għal forn u imliha bit-taħlita ta’ l-ispagetti. Ħabbat il-bajda li baqa u ferrixha fil-wiċċ. Roxx il-bqija tal-ġobon.
  6. Sajjar fil-forn għal madwar 40 minuta.
  7. Halliha toqgħod għal ftit ħin. Oħroġ mill-forma u aqta f’porzjonijiet.
  8. Servi sħuna.