Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  

X’tippreferi: taħsel il-platti jew tnixxef il-ħwejjeġ?

11/09/17 01:13 PM

It-tnejn fihom spiża. It-tnejn utli. It-tnejn tgħaddi mingħajrhom. X’taħseb li huwa l-aktar essenzjali fil-ħajja tal-lum: li jkollok dishwasher jew li jkollok tumble dryer?

Tal-ewwel jaf iserrħek ftit mhux ħażin. Immaġina tiġi lura d-dar wara ġurnata xogħol. Taqla’ nofs kċina biex issajjar u ssib kaxxa bajda li fiha ddaħħal il-borom u l-kazzoli kollha li, bil-maġija tal-elettriku u l-ilma, joħorġu indaf.

It-tieni tarah anġlu f’dawk il-jiem kesħin u umdi tax-xitwa, meta l-ħwejjeġ ma jinxfu b’xejn, bejt ma jkollokx u l-għada t-tfal iridu uniformi ġdida għax huma u ġejjin mill-iskola nnamraw mat-tajn.

Int x’taħseb?