Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  

​Il-President b’messaġġ għat-tfal

Christoph  Schwaiger  -  12/09/17 09:07 PM

Il-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca qed tħeġġeġ lit-tfal li jemmnu li jistgħu jagħtu kontribuzzjoni fuq skala nazzjonali u Ewropea biex jissieħbu fil-Children’s and Young Persons’ Consultation Group.

Malta, l-Estonja, u l-Bulgarija ntgħażlu bħala pajjiżi pilota għall-proġett tal-forums nazzjonali tal-Eurochild.

Il-President qalet li hija kburija bil-ħidma tal-kunsill li jaqa’ taħt il-Fondazzjoni tal-President għall-Ġid tas-Soċjetà. Żiedet tgħid li permezz ta’ dan il-kunsill, qed jiġu kreati spazji inklussivi għall-ġenerazzjonijiet il-ġodda biex isemmgħu leħinhom.   

Qalet li b’hekk qed tissaħħaħ id-demokrazija.

Adoloxxenti minn 8 sa 18-il sena madwar Malta u Għawdex jistgħu jingħaqdu ma’ dan il-grupp.

Għal aktar informazzjoni wieħed jista’ jibgħat email lil pfws.opr@gov.mt.

Ritratt: DOI - Kevin Galea