Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  

Ix-xarabank li tista’ trebbħek!

12/09/17 10:13 AM

Il-kampanja tal-BOV Club għal din is-sena tinsab litteralment fit-toroq Maltin.

Dan għax xarabank tat-trasport pubbliku ġiet immarkata bl-immaġni kkulurita ta’ din is-sena u żiedet xi ftit tal-kulur fit-toroq.

Ix-xarabank tal-BOV Club hija marbuta ma’ kompetizzjoni li l-Bank bħalissa qed jagħmel fuq il-paġna ta’ Facebook tal-BOV Club. 

Il-pubbliku huwa mħeġġeġ iżomm għajnejh miftuħa għal din ix-xarabank partikolari, jieħu ritratt tagħha u jibgħat l-immaġni bid-dettalji tiegħu jew tagħha lill-Bank fuq il-paġna ta’ Facebook. 

Kull ġimgħa, jittella’ isem b’mod każwali, u r-rebbieħ jirċievi vawċer ta’ €100 mingħand Eurosport Malta. 

Din il-kampanja se ddum għaddejja sas-27 ta’ Ottubru, u diġà kisbet interess konsiderevoli fost il-parteċipanti.

L-istudenti qed jiġu mħeġġa japplikaw biex jissieħbu fil-BOV Club permezz tal-websajt tal-Bank. 

Is-sett sħiħ tal-BOV Mastercard Prepaid Cards, li jiswa €375, se jintrebaħ minn wieħed mill-istudenti li japplikaw onlajn biex jissieħbu fil-BOV Club.

Aktar informazzjoni dwar il-BOV Club Package jew inċentivi oħra hawn