Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  

"Iż-żwieġ biss bejn raġel u mara" - Il-Papa

.     -  12/09/17 08:00 AM

“Mid-definizzjoni tiegħu stess, żwieġ jista’ jkun biss bejn raġel u mara. Dan ma nistgħu nibdluh. Din hi n-natura tal-affarijiet, mhux biss fil-Knisja imma fl-istorja umana”. Dan qalu l-Papa Franġisku f’waħda mill-intervisti li ta lis-soċjologu Franċiż Dominique Wolton, li għadu kemm  ippubblika ktieb b’intervisti mal-Papa.

Il-ktieb li hu bil-Franċiż u fih 417-il paġna hu ntitolat “Il-Politika u s-Soċjeta’”.  Fl-intervista il-Papa insista li meta niġu għall-vera natura taż-żwieġ u tal-ġeneru, bħalissa hawn konfużjoni kritika kbira. Mistoqsi dwar żwieġ bejn persuni tal-istess sess il-Papa qal “Ejja nsejħulu Unjoni Ċivili u ma noqgħodux niċċajtaw mal-verita’”.

“Meta ngħallmu lit-tfal li jistgħu jagħżlu s-sess li jridu, inkunu qed inmexxu ‘l quddiem żbalji dwar il-verita’ u l-fatti tan-natura”, qal il-Papa. Hu nkoraġixxa lill-istudjużi biex jaraw jekk dwn l-ideat dwar il-ġeneru u ż-żwieġ huma frott ta’ biża’ mid-differenzi bejn is-sessi.

F’parti oħra tal-intervista, Papa Franġisku qal li meta ta permess lis-saċerdoti kollha li jistgħu jagħtu l-assoluzzjoni lil dawk li jqerru li kkommettew abort ma għamilx dan biex inaqqas mill-importanza ta’ dan id-dnub gravi u serju.  L-abort għadu qtil ta’ persuna innoċenti.  Huma fejn hemm id-dnub għandu jkun hem mil-maħfra. Ħafna drabi, mara li qatt ma tinsa lit-tarbija li tkun abortit tagħmel snin sħaħ imdejjqa u mbikkija bla ma ssib il-kuraġġ li tersaq lejn saċerdot. Hu mportanti li dawn in-nisa jsibu l-maħfra u ma jerġgħux jikkommettu dan id-dnub.

Il-Papa qal li uħud jppreferu jitkellmu biss dwar il-moralita’ sesswali. “Hemm periklu kbir li l-predikaturi u l-letturi jaqgħu fil-medjokrita għax jikkundannaw biss dawk il-forom ta’ immoralita’ ta’ taħt iċ-ċinturin.  Iżda d-dnubiet l-oħra li huma l-aktar serji, bħalma huma l-mibegħda, l-għira, is-suppervja, il-vanita’, il-qtil, li tneħħi l-ħajja ta’ ħaddieħor, dawn ma tantx nitkellmu dwarhom. L-iżgħar dnubiet huma d-dnubiet tal-ġisem għax dan hu dgħajjef. L-aktar dnubiet perikolużi huma dawk tal-moħħ u l-konfessuri għandhom jagħmlu aktar ħin jistaqsu jekk persuna titlobx, jaqrax l-Evanġelju u jfittixx ‘l Alla”.

Tentazzjoni oħra li għandha l-Knisja hi li tfittex l-uniformita’ mar-regoli, fosthom dwar l-“Amoris Laetitia”. “Meta nitkellem dwar familji f’diffikulta’, jien ngħid ‘Ilqgħu, akkumpanjaw, iddixxernu, inegraw’ u kulħadd jara bibien miftuħa. Iżda fir-realta dak li jiġri hu li tisma’ nies jgħidu ‘Dawk ma jistgħu jitqarbu. La jista’ jagħmlu din u anqas l-oħra’”  L-enfasi tal-Knisja  hi “le, le, le” u din hi l-istess dramm li Kristu għadda minn idejn il-Fariżej”.

“Kristu għażel triq oħra li tmur ‘l hinn mill-projbizzjoniżmu. Ma kienx jimxi mat-tradizzjoni li ma jmisx il-lebrużi jew iħaġġar lill-adulteri. Il-mexxejja tal-Knisja huma marbuta ma’ normi ffriżati u standards fissi.  Meta jistaqsuni jekk jistgħu iqarbnu lid-divorzjati jien inweġibhom ‘Tkellmu magħhom, ilqgħuhom, imxu magħhom, integraw magħhom għax dan jiftaħ triq li twassal lill-bniedem għand Alla. U meta jiltaqa’ ma’ Alla il-bniedem jibda t-triq biex jgħix ħajja morali’”,  enfasiżża l-Papa Franġisku.