Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  
Sajjetta tolqot żona fiż-Żurrieq u tikkawża nirien   |  Ikkonfermata l-analiżi ta' Newsbook: Debono jċedi s-siġġu   |  Kittieba konservattivi jakkużaw lill-Papa b'ereżija   |  "In-nisa m'għandhomx jirrifjutaw l-irġiel": Il-BA tinvestiga, oħrajn ma jaraw xejn ħażin   |  Merkel jew Schulz? Il-Ġermaniżi jivvutaw

​“Vot 16 hu pass naturali” – FŻL

Charmaine  Attard   -  13/09/17 12:53 PM

Il-Forum Żgħażagħ Laburisti qed jiddeskrivi bħala l-Vot 16 bħala pass naturali.

Fi stqarrija, il-Forum laqa’ b’sodisfazzjon it-tnedija ta’ konsultazzjoni pubblika dwar is-suġġett.

Saħaq li wara li fl-2015, żgħażagħ ta’ 16 u 17-il sena setgħu għall-ewwel darba jivvutaw fl-elezzjonijiet tal-Kunsill Lokali, hu pass naturali li dan il-vot jiġi estiż għall-elezzjonijiet ġenerali u dawk Ewropej.

Il-Forum sodisfatt ukoll li qed ikun diskuss jekk ta’ 16–il sena, żagħżugħ jew żagħżugħa għandhomx ikollom iċ-ċans li jikkontestaw l-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali, u konsegwentement, ikollhom il-possibilità li jsiru Sindki.

Il-Forum Żgħażagħ Laburisti fakkar li fl-aħħar elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali, il-Partit Laburista ippreżenta 58 kandidat taħt il-35 sena, li minnhom kienu eletti 77.6%, inkluż seba’ sindki ġodda u tnejn li kienu ikkonfermati fil-pożizzjoni tagħhom.