Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  

​Arsenal jippruvaw iġeddu l-kuntratt ta’ Ozil

Cristian  Muscat  -  13/09/17 05:19 PM

Skont ma rrapporta l-istazzjon Ingliż Sky Sport, Arsenal se jagħmlu minn kollox sabiex iżommu lill-plejer ta’ nofs il-grawnd tagħhom Mesut Ozil.

F’dawn il-jiem id-diriġenti ta’ Arsenal lesti joffru kuntratt ġdid għal Ozil peress li dak preżenti jiskadi fl-aħħar ta’ dan l-istaġun.

Il-kuntatti tista’ tgħid li bdew għalkemm jidher illi l-plejer għadu qed jaħsibha dwar il-ġejjieni tiegħu meta anke matul dan is-sajf kellu diversi offerti minn klabbs prestiġjużi Ewropej.

Ozil għandu 28 sena u ilu mal-Gunners għal dawn l-aħħar erba’ snin fejn 119-il partita u skorja 23 gowl.