Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  
Sajjetta tolqot żona fiż-Żurrieq u tikkawża nirien   |  Ikkonfermata l-analiżi ta' Newsbook: Debono jċedi s-siġġu   |  Kittieba konservattivi jakkużaw lill-Papa b'ereżija   |  "In-nisa m'għandhomx jirrifjutaw l-irġiel": Il-BA tinvestiga, oħrajn ma jaraw xejn ħażin   |  Merkel jew Schulz? Il-Ġermaniżi jivvutaw

Cacopardo biss jitfa' n-nomina għal Ċerpersin tal-AD

Matthew Borg  -  13/09/17 03:15 PM

Jidher li ċ-Ċerpersin il-ġdid tal-Alternattiva Demokratika se jkun Carmel Cacopardo, hekk kif ħadd ħliefu ma tefa n-nomina għal dil-kariga.

L-AD mistennija tlaqqa’ laqgħa ġenerali straordinarja nhar is-Sibt li ġej, u li ssegwi l-Elezzjoni Ġenerali ta’ Ġunju li għadda, sabiex fiha jiġi ffurmat l-eżekuttiv il-ġdid.

Dawn huma n-nominazzjonijiet kollha, kif sottomessi skont l-istqarrija tal-AD:

Ċerpersin: Carmel Cacopardo

Deputat Ċerpersin: Mario Mallia

Segretarju Ġenerali: Ralph Cassar

Deputat Segretarju Ġenerali: Anna Azzopardi

Uffiċjal għar-Relazzjonijiet Pubbliċi: Luke Caruana

Segretarju Internazzjonali: Danika Formosa

Teżorier: Simon Galea

Membri: Marc Andrea Cassar u James Gabarretta