Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  

Dzeko jikkritika t-tattika tal-kowċ tiegħu

Cristian  Muscat  -  13/09/17 05:07 PM

Minkejja d-draw prestiġġjuż ta’ 0-0 kontra Atletico Madrid, l-attakkant ta’ Roma Edin Dzeko kien ferm nervuż wara li ġie intervistat mill-istazzjon Taljan Premium Sport. 

Dan minħabba l-fatt illi ftit ingħata ċans li jidħol fil-logħba bit-tim tiegħu jaddotta ħafna mill-ħin jiddefendi.

Dzeko bħal qisu ried jikkritika t-tattika tal-kowċ il-ġdid Eusebio di Francesco illi f’moħħu kellu iktar li ma jaqlax gowl milli jattakka.

Ma naqqasx illi jsemmi plejers bħal Francesco Totti u Mohammed Salah illi skont hu qed iħoss in-nuqqas tagħhom minħabba li kien imur tajjeb ħafna magħhom fl-attakk.