Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  
Sajjetta tolqot żona fiż-Żurrieq u tikkawża nirien   |  Ikkonfermata l-analiżi ta' Newsbook: Debono jċedi s-siġġu   |  Kittieba konservattivi jakkużaw lill-Papa b'ereżija   |  "In-nisa m'għandhomx jirrifjutaw l-irġiel": Il-BA tinvestiga, oħrajn ma jaraw xejn ħażin   |  Merkel jew Schulz? Il-Ġermaniżi jivvutaw

Filmat: ​Tifla marida tispiċċa waħedha f’għeluq sninha u...

Charmaine  Attard   -  13/09/17 08:05 PM

Meta l-Uragan Irma fired lil tifla marida ta’ tliet snin minn mal-familja tagħha, proprju f’għeluq sninha, l-infermiera u t-tobba fi sptar fi Florida, iddeċidew li jagħmlulha festin.

Fit-8 ta’ Settembru sar magħruf li Willow Stine għandha lukimja. Meta flimkien ma’ ommha Jennifer, kienet l-isptar għall-kimoterapija, il-bqija tal-familja u l-ħbieb ġew evakwati jew kellhom jibqgħu d-dar minħabba l-uragan.

Għaldaqstant ħadd ma seta’ jmur l-isptar biex jiċċelebra magħha għeluq sninha.

Jennifer ma kellhiex aċċess għar-rigali, kejk u aċċessorji biex iżżejjen bihom.

Imma l-impjegati tal-isptar sabu mezz kif iferrħuhom. Tawha rigali li l-isptar jirċievi matul is-sena fost l-oħrajn pupa ta’ Frozen u Play-Doh. Dekorazzjonijiet u kejks fil-friża kellhom ukoll.