Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  

Ftehim ġdid bejn Malta u ċ-Ċina

Charmaine  Attard   -  13/09/17 01:09 PM

L-Awtorità Maltija għat-Turiżmu u l-kumitat responsabbli mill-iżvilupp tat-turiżmu fil-Provinċja Ċiniża ta’ Guizhou, iffirmaw ftehim ta’ koperazzjoni li se jwassal għal sħubija u ħidma konġunta bejn iż-żewġ partijiet.

Permezz ta’ dan il-ftehim, li se jibqa’ fis-seħħ sal-31 ta’ Diċembru 2019, in-naħa Maltija u dik Ċiniża se jesploraw mezzi kif jistgħu jkabbru l-iskambju fil-qasam turistiku.

Fi stqarrija, l-MTA qalet li l-ftehim għandu l-għan li jiffaċilita l-għarfien u l-komunikazzjoni bejn iż-żewġ naħat, kemm fejn jidħlu dipartimenti fis-settur, kif ukoll b’rabta ma’ intrapriżi u istituzzjonijiet fil-qasam turistiku. 

Se jkunu identifikati opportunitajiet biex bejn l-2018 u l-2019, l-istazzjon satellitari ta’ Guizhou jxandar programmi relatati mat-turiżmu lejn Malta.

Se jniedu lista ta’ aġenziji tal-ivjaġġar u jirrakkomandawhom lil xulxin.