Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  

Ġimgħa importanti għal Diego Costa

Cristian  Muscat  -  13/09/17 05:10 PM

Atletico Madrid qed jittamaw illi jsir il-ftehim tant mixtieq sabiex l-attakkant Brażiljan b’passaport Spanjol Diego Costa jirritorna mal-Colchoneros mingħand Chelsea.

Skont il-gazzetta sportiva Marca, id-diriġenti Madrileni huma viċin illi jikkonkludu l-ftehim illi jerġa’ jara lil Costa jilbes il-flokk abjad u aħmar ta’ Atletico.

Din il-ġimgħa Costa ġie rrappurtat illi ħa lill-familja tiegħu fil-belt ta’ Madrid għal-lest sabiex jgħixu hemm u eventwalment jiffirma l-kuntratt li tant jixtieq.

Costa qatt ma deher fl-iskwadra ta’ Chelsea f’dan l-istaġun wara battibekk mal-kowċ Antonio Conte matul is-sajf.