Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  

Il-PD jiddeskrivi l-ewwel 100 jum tal-Gvern "realtà kerha"

Matthew Borg  -  13/09/17 04:40 PM

Il-Partit Demokratiku ddeskriva l-ewwel 100 jum tal-Gvern bħala “realtà kerha”, u talbu sabiex jikkunsidra mill-ġdid il-mod kif qed jagħmel l-affarijiet.

Il-partit tal-Oranġjo qal fi stqarrija li l-Prim Ministru, Joseph Muscat, mhuwiex jassigura l-prosperità, fost l-oħrajn għax mhux jindirizza l-isfidi fil-futur immedjat u dak imbiegħed dwar l-ekonomija, l-ambjent u l-iżvilupp sostenibbli.

Il-PD nnota dawn in-nuqqasijiet, fi kliemu, ta’ Gvern Laburista:

  1. M’apprezzax is-sbuħija naturali u arkitettonika ta’ Malta
  2. Issottovaluta l-impatt soċjali, kulturali, ambjentali u infrastrutturali
  3. M’għandux interess li jipproteġi x-xtut u l-irdumijiet
  4. Innegozja l-art tali mod li Malta tirċievi l-karawett u l-investituri jimpalaw
  5. Implimenta sħubijiet bejn il-pubbliku u l-privat li ma jagħmlux sens ekonomikament u soċjalment

Sadanittant, illejla l-PM mistenni jgħaddi messaġġ televiżiv dwar l-ewwel mitt jum ta' Gvern Laburista.

Ritratt: Arkivji