Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  
Sajjetta tolqot żona fiż-Żurrieq u tikkawża nirien   |  Ikkonfermata l-analiżi ta' Newsbook: Debono jċedi s-siġġu   |  Kittieba konservattivi jakkużaw lill-Papa b'ereżija   |  "In-nisa m'għandhomx jirrifjutaw l-irġiel": Il-BA tinvestiga, oħrajn ma jaraw xejn ħażin   |  Merkel jew Schulz? Il-Ġermaniżi jivvutaw

Ippreżentati x-shields, trofej u palji tar-Regatta

Charmaine  Attard   -  13/09/17 11:05 AM

Saret il-preżentazzjoni tax-shields, trofej u palji tar-Regatta tal-Vitorja fil-Boċċi Drome, fil-Kumpless Sportiv tal-Kottonera.

Is-Segretarju Parlamentari għall-Isport, Clifton Grima, awgura lil Bormla għas-suċċessi li kisbu fir-Regatta tal-Vitorja.

Fl-aħħar tal-ġimgħa li għaddiet taħt xita kontinwa saru t-tiġrijiet tar-Regatta, bil-klabb ta’ Bormla jirbaħ iż-żewġ shields: dik tal-Kategorija Open u anke f’dik tal-Kategorija B, hekk kif rebħu tmienja mill-għaxar tiġrijiet ipprogrammati.

Bormla rebħu erba’ palijiet tal-ewwel fil-Kategorija Open, u erba’ palijiet tal-ewwel fil-Kategorija B.

Ritratt: DOI - Pierre Sammut