Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  
Sajjetta tolqot żona fiż-Żurrieq u tikkawża nirien   |  Ikkonfermata l-analiżi ta' Newsbook: Debono jċedi s-siġġu   |  Kittieba konservattivi jakkużaw lill-Papa b'ereżija   |  "In-nisa m'għandhomx jirrifjutaw l-irġiel": Il-BA tinvestiga, oħrajn ma jaraw xejn ħażin   |  Merkel jew Schulz? Il-Ġermaniżi jivvutaw

Jinżlu fit-toroq ta' Franza jipprotestaw kontra l-President

Matthew Borg  -  13/09/17 06:38 AM

Għexieren ta’ eluf ta’ Franċiżi niżlu fit-triq jipprotestaw kontra riformi ġodda proposti mill-President Emmanuel Macron, li jagħtu aktar flessibiltà lil min iħaddem biex jinnegozja l-paga tal-ħaddiema, u jkun hemm limitu ta’ kemm ħaddiem jista’ jitħallas jekk jitkeċċa b’mod inġust.

Il-Ministeru għall-Intern fi Franza lbieraħ qal li jbassar li kien hemm mal-223,000 persuna li pprotestaw madwar ibliet fi Franza, għalkemm unjins tal-ħaddiema qalu li kien hemm aktar.

Macron ħareġ b’dawn il-proposti fil-qasam tax-xogħol sabiex, skontu, jitnaqqas il-qgħad minn 9% u aktar għal 7% jew inqas sal-2022.

Ir-riformi tħabbru x-xahara li għadda wara konsultazzjoni ma’ unjins tal-ħaddiema u oħrajn ta’ min iħaddem, għalkemm tnejn mill-akbar unjins tal-ħaddiema iddistakkaw ruħhom mill-protesti, waqt li qalu li lesti jsibu kompromess mal-Gvern.

Fost dawk li opponew dawn ir-riformi, hemm ix-xellug estrem għax u l-unjin CGT, li jidhrilhom li se titnaqqas il-protezzjoni li l-ħaddiem għandu bħalissa.

Mill-banda l-oħra, uħud ikkummentaw li l-ironija hi li ħafna minn dawk li pprotestaw ġejjin mis-settur pubbliku, meta r-riformi jaffettwaw biss lis-settur privat.

It-tiben fuq in-nar kien kumment ta’ Macron waqt żjara fil-Greċja, “M’iniex se nħalli nitfa art jew inċedi lil min irid jitgħażżen jew jevita li jaħdem”.