Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  
Sajjetta tolqot żona fiż-Żurrieq u tikkawża nirien   |  Ikkonfermata l-analiżi ta' Newsbook: Debono jċedi s-siġġu   |  Kittieba konservattivi jakkużaw lill-Papa b'ereżija   |  "In-nisa m'għandhomx jirrifjutaw l-irġiel": Il-BA tinvestiga, oħrajn ma jaraw xejn ħażin   |  Merkel jew Schulz? Il-Ġermaniżi jivvutaw

Jinqabad fil-fatt ibigħ il-ħaxixa

Matthew Borg  -  13/09/17 05:24 PM

Raġel ta’ 29 sena deher il-Qorti dalgħodu, sigħat biss wara li allegatament inqabad fil-fatt jipprova jbigħ ir-reżina tal-kannabis.

Abdi Ali Jama, Somalu, ġie nnutat minn pulizija f’San Ġiljan, waqt li kien qed jiranġa ma’ persuna oħra xi oġġetti, u meta l-pulizija resqu fil-qriv irrealizzaw li kienet droga.

Huwa ġie arrestat u akkużat b’pussess u traffikar ta’ droga li ma kinitx għall-użu personali, kif ukoll li wettaq reat kriminali f’distanza ta’ inqas minn 100 metru minn post iffrekwentat miż-żgħażagħ.

It-talba li jinħeles fuq pleġġ ġiet irrifjutata minħabba li ġie argumentat li mhux biss jonqos xhud biex jgħid il-verżjoni tiegħu fil-Qorti, iżda l-akkużat lanqas għandu indirizz fiss u dokumenti.

Min-naħa tagħha, id-difiża qalet li l-ammont ittraffikat huwa minimu, ta’ 6.09 gramem, iżda l-prosekuzzjoni insistiet li xorta huwa fil-livell ta’ traffikar.

Ritratt: Arkivji