Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  
Sajjetta tolqot żona fiż-Żurrieq u tikkawża nirien   |  Ikkonfermata l-analiżi ta' Newsbook: Debono jċedi s-siġġu   |  Kittieba konservattivi jakkużaw lill-Papa b'ereżija   |  "In-nisa m'għandhomx jirrifjutaw l-irġiel": Il-BA tinvestiga, oħrajn ma jaraw xejn ħażin   |  Merkel jew Schulz? Il-Ġermaniżi jivvutaw

Karamoh jiskorja doppjetta

Cristian  Muscat  -  13/09/17 11:43 AM

Yann Karamoh, l-akkwist il-ġdid ta’ Inter, skorja doppjetta f’partita ta’ ħbiberija illi lagħab kontra t-tim ta’ taħt il-21 sena ta’ Inter.

Spalletti ddeċieda illi jilgħab bi 11-il plejer illi ma dehrux fl-aħħar logħba kontra Spal, illi Inter rebħu 2-0.

Karamoh jinsab ħerqan illi juri l-kwalitajiet tiegħu meta għad irid jagħmel id-debutt tiegħu man-Neroazzurri, wara li nxtara fl-aħħar ġurnata tas-suq tat-trasferimenti.