Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  
Sajjetta tolqot żona fiż-Żurrieq u tikkawża nirien   |  Ikkonfermata l-analiżi ta' Newsbook: Debono jċedi s-siġġu   |  Kittieba konservattivi jakkużaw lill-Papa b'ereżija   |  "In-nisa m'għandhomx jirrifjutaw l-irġiel": Il-BA tinvestiga, oħrajn ma jaraw xejn ħażin   |  Merkel jew Schulz? Il-Ġermaniżi jivvutaw

​Kellna raġun neqirdu bis-sħana?

Charmaine  Attard   -  13/09/17 01:41 PM

Minkejja li għal ħafna, is-sħana li għamlet f’Awwissu kienet iktar minn dik ta’ snin oħra, tajjeb li wieħed jara x’jgħidu r-rekords meteoroloġiċi.

Fi stqarrija, l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta qal li t-temperatura tal-arja ta’ Awwissu laħqet massimu ta’ 38.1°C fl-ewwel Sibt tax-xahar. Madankollu, din it-temperatura massima kienet 5.7°C aktar baxxa mill-iżjed temperatura estrema għal Awwissu, li ġiet imniżżla fir-rekords meteoroloġiċi fl-1999, u kemxejn aktar baxxa mill-ogħla temperatura ta’ Lulju li għadda.

Madanakollu, it-temp f’Awwissu kien aktar sħun milli mistenni, b’temperaturi medji tal-arja u tal-baħar li kienu 1.2°C u 1.5°C ogħla min-norma klimatika.

It-temperatura niżlet għal minimu ta’ 21.1°C fil-ħmistax-il jum ta’ Awwissu, u b’hekk provdiet ftit nifs mis-sħana li kkaratterizzat ix-xahar.

It-23 ta’ Awwissu kienet l-unika ġurnata tax-xahar fejn għamlet ix-xita, b’total ta’ 4mm.

Il-ġranet f’Awwissu gawdew minn medja ta’ 10.8 sigħat ta’ xemx.

Filwaqt li l-25 ta’ Awwissu kien l-aktar jum imdawwal tax-xahar, bi 12.3 sigħat ta’ xemx, it-12 ta’ Awwissu kien l-aktar jum mudlam, li matulu x-xemx ħarġet għal 6.3 sigħat.