Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  
Sajjetta tolqot żona fiż-Żurrieq u tikkawża nirien   |  Ikkonfermata l-analiżi ta' Newsbook: Debono jċedi s-siġġu   |  Kittieba konservattivi jakkużaw lill-Papa b'ereżija   |  "In-nisa m'għandhomx jirrifjutaw l-irġiel": Il-BA tinvestiga, oħrajn ma jaraw xejn ħażin   |  Merkel jew Schulz? Il-Ġermaniżi jivvutaw

Qbil bejn kunsilli lokali u immigranti

Matthew Borg  -  13/09/17 08:01 AM

Rappreżentanti minn bosta kunsilli lokali poġġew bilqiegħda madwar mejda ma’ għaqdiet  mhux governattivi li jirrappreżentaw lil komunitajiet ta’ immigranti f’Malta, u ddiskutew sfidi riċenti li jistgħu jintgħelbu bid-djalogu.

Riċentement, każijiet ta’ ksur ta’ liġi minn immigranti f’lokalitajiet partikulari mbuttaw lir-residenti biex jorganizzaw dik li sejħulha “protesta kontra l-ksur tal-liġi” fil-Marsa nhar il-Ħadd li ġej.

Għal-laqgħa ta’ lbieraħ, imemxxija mill-President ta’ Malta, Marie-Louise Coleiro Preca, attendew il-Kunsilli Lokali tal-Marsa, il-Ħamrun, il-Furjana, Tal-Pietà, tal-Gżira, ta’ Raħal Ġdid u ta’ Birżebbuġa flimkien mal-komunitajiet ta’ immigranti li jiffurmaw parti mill-NGO ta’ immigranti fil-Fondazzjoni tal-President għall-Benessri tas-Soċjetà.

L-NGO mill-ewwel iddikjarat li hi kontra kull ksur ta’ liġi, u appellat lill-immigranti kollha biex josservaw il-liġijiet ta’ Malta.

Ġew diskussi l-isfidi li jiltaqgħu magħhom l-immigranti f’Malta, kif ukoll l-isfidi li jeżistu f’dawn il-lokalitajiet.

Filwqt li ż-żewġ naħat tal-mejda faħħru l-inizjattiva tal-President, qablu flimkien li laqgħat simili jibqgħu jsiru sabiex jissaħħaħ id-djalogu u tiġi żviluppata relazzjoni pożittiva.

It-tnejn ikkonkludew li se jħabirku biex ikun hawn komunitajiet aktar rispettużi u inklużivi.

Ritratt: Arkivji