Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  
Sajjetta tolqot żona fiż-Żurrieq u tikkawża nirien   |  Ikkonfermata l-analiżi ta' Newsbook: Debono jċedi s-siġġu   |  Kittieba konservattivi jakkużaw lill-Papa b'ereżija   |  "In-nisa m'għandhomx jirrifjutaw l-irġiel": Il-BA tinvestiga, oħrajn ma jaraw xejn ħażin   |  Merkel jew Schulz? Il-Ġermaniżi jivvutaw

L-Arċisqof jgħammed tarbija Maltija f'Londra

Charmaine  Attard   -  13/09/17 12:20 PM

L-Arċisqof Charles Scicluna llum temm żjara pastorali f’Londra, l-Ingilterra, fejn fost l-oħrajn għammed tarbija Maltija fil-kappella tal-Isptar Great Ormond Street.

F’din il-Quddiesa, Mons. Arċisqof talab għall-morda kollha.

Matul iż-żjara tiegħu f’Londra, l-Arċisqof żar ukoll il-pazjenti Maltin fl-isptarijiet ta’ Royal Marsden f’Sutton u Fulham, u National Hospital for Neurology and Neurosurgery.  Żjara oħra kienet lill-Maltin fl-appartamenti ta’ Puttinu Cares, kif ukoll lis-Sorijiet Franġiskani tal-Qalb ta’ Ġesù.

Matul iż-żjara tiegħu f’Londra, l-Arċisqof mexxa ċ-ċelebrazzjoni tal-festa tal-Madonna tal-Vitorja fl-okkażjoni ta’ Malta Day – UK.

Iċ-ċelebrazzjoni tal-festa tal-Vitorja saret fil-Katidral ta’ Westminster, is-Sibt li għadda, bħala parti mill-attivitajiet organizzati mill-Kummissjoni Għolja ta’ Malta f’Londra b’kollaborazzjoni mal-għaqdiet tal-Maltin fir-Renju Unit. 

Waqt l-omelija, l-Arċisqof ħeġġeġ biex filwaqt li niċċelebraw ir-rebħiet fuq l-assedji li għaddiet minnhom Malta, nitolbu li nirbħu wkoll dawk l-assedji li qed iħabbtu lis-soċjetà tal-lum.      

Mons. Arċisqof semma fost l-oħrajn il-ħtieġa li niddefendu l-valuri tal-familja u li nħarsu d-dinjità tal-bniedem, u li nibqgħu ngħaddu dan il-wirt ta’ valuri u ta’ fidi lill-ġenerazzjonijiet futuri.

Ritratt (Uffiċċju Komunikazzjoni Kurja) mhux tat-tarbija li għammed l-Arċisqof imma ta' tifel li qed jieħu kura f'Londra