Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  
Sajjetta tolqot żona fiż-Żurrieq u tikkawża nirien   |  Ikkonfermata l-analiżi ta' Newsbook: Debono jċedi s-siġġu   |  Kittieba konservattivi jakkużaw lill-Papa b'ereżija   |  "In-nisa m'għandhomx jirrifjutaw l-irġiel": Il-BA tinvestiga, oħrajn ma jaraw xejn ħażin   |  Merkel jew Schulz? Il-Ġermaniżi jivvutaw

L-avukat iressaq raġuni oħra biex Patrick Spiteri jinħareġ minn Kordin

Matthew Borg  -  13/09/17 02:42 PM

L-avukat ta’ Patrick Spiteri qal illum fil-Qorti li l-mandati t’arrest Ewropej jaslu biss sal-arrest, u ma jfissrux li l-persuna trid tinżamm detenuta, u għalhekk talab li l-klijent tiegħu jinħeles mill-arrest.

Patrick Spiteri kien ġie estradit lura lejn Malta mir-Renju Unit, u qed jaffaċċja akkużi ta’ frodi, użu ħażin ta’ fondi u falsifikazzjoni ta’ dokumenti li jammontaw għal €7.4 miljun.

Din mhix l-ewwel sottomissjoni tal-avukat tiegħu sabiex Spiteri, eksavukat, ma jibqax miżmum il-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin. Fl-għadd tra’ sedut preċedenti għal din tal-lum, bosta argumenti tpoġġew minħabba l-kundizzjoni rari tal-ġilda li għandu l-akkużat.

Id-diversi talbiet biex Spiteri jinżamm taħt arrest f’daru dejjem ġew miċħuda sa issa.

Dalgħodu l-avukat tiegħu qabbel dak li qed jiġrilu l-klijent tiegħu ma’ xi storja ta’ Charles Dickens, meta semma kif Spiteri tqiegħed f’Diviżjoni 15 tal-ħabs fejn jinżammu priġunieri morda b’mard li jittieħed.

Sostna li jekk qabel ma ġie trasferit il-marda ggravatlu minħabba t-tipjip eċċessiv u l-iffullar tan-nies, issa se jkollu bżonn l-għajnuna ta’ psikjatra minħabba li jinsab waħdu f’dit-taqsima, li tinsab taħt l-art fejn hemm il-ħabs tan-nisa, u ’l bogħod mill-kappella u l-faċiltajiet l-oħra tal-ħabs.

L-avukat saqsa huwiex dan trattament xieraq għal xi ħadd li għadu ma nstabx ħati tal-akkużi miġjuba kontrih.

Barra minn dan, Spiteri għadu ma ngħatax aċċess għal dokumenti bankarji li jinsabu f’daru, u li skontu jeħtieġhom biex jiddefendi lilu nnifsu. Hemm minn tal-inqas 4,000 paġna li Spiteri semma, u l-Qorti se tiċċarġjah 35ċ għal kull paġna, filwaqt li jkollu jħallas €30 lill-HSBC talli qed tagħtih il-permess iżomm dawn id-dokumenti sensittivi.

L-avukat tiegħu temm jirrimarka li ladarba Spiteri ġie estradit lejn Malta u qed jaffaċja l-Qorti, il-mandat t’arrest ġie eżegwit kif sippost u m’hemmx għalfejn jibqa’ miżmum il-ħabs.

Ritratt: Arkivji