Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  

L-ewwel fiż-żieda tal-impjiegi, f'ambjent Ewropew simili

Matthew Borg  -  13/09/17 10:29 AM

Malta rreġistrat l-ogħla rata ta’ żieda fl-impjiegi fit-tieni kwart tas-sena meta mqabbel mal-ewwel kwart, u dan f’ambjent fiż-Żona Ewro fejn ġiet esperjenzjata wkoll żieda fl-impjegabbiltà.

B’żieda ta’ 1% bejn April u Ġunju, Malta kklassifikat fl-ewwel post, bi Spanja, Greċja u l-Polonja jiġu warajha.

F’dal-kwart tas-sena, l-impjiegi fiż-Żona Ewro żdiedu b’0.4%.

Skont l-istatistika maħruġa mill-Eurostat, kien hemm żieda ta’ 1.6% fl-impjiegi fiż-Żona Ewro, kif ukoll żieda ta’ 1.5% fit-28 pajjiż tal-Unjoni Ewropea meta tqabbel dan il-kwart tas-sena ma’ dak tal-2016.

Dawn iċ-ċifri 

Bejn April u Ġunju ta’ dis-sena, kien hemm 235.4 miljun persuna jaħdmu fl-UE, 155.6 miljun minnhom fiż-Żona Ewro.

Fuq in-naħa l-oħra tal-klassifika, hemm il-Kroazja, il-Latvja, ir-Rumanija u l-Estonja.