Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  
Sajjetta tolqot żona fiż-Żurrieq u tikkawża nirien   |  Ikkonfermata l-analiżi ta' Newsbook: Debono jċedi s-siġġu   |  Kittieba konservattivi jakkużaw lill-Papa b'ereżija   |  "In-nisa m'għandhomx jirrifjutaw l-irġiel": Il-BA tinvestiga, oħrajn ma jaraw xejn ħażin   |  Merkel jew Schulz? Il-Ġermaniżi jivvutaw

Ritratti: L-Ewwel Jum taż-Żjara tal-President Taljan f'Malta

Michela Catania  -  13/09/17 09:03 PM

Fl-ewwel jum taż-żjara tiegħu f’Malta, il-President Taljan Sergio Mattarella ltaqa’ mal-Prim Ministru Joseph Muscat u mal-President Marie Louise Coleiro Preca biex, fost l-oħrajn, jiddiskutu kif iż-żewġ pajjiżi se jkomplu jaħdmu flimkien f’setturi bħall-immigrazzjoni, l-enerġija u l-kummerċ.

Il-President Mattarella faħħar ir-rwol deċiżiv li Malta qed tieħu quddiem l-isfida tal-immigrazzjoni fil-Mediterran, filwaqt li qabel mal-istqarrija tal-Prim Ministru, li biex tingħeleb l-isfida tal-immigrazzjoni fl-Ewropa, kull Stat Membru tal-UE irid jiġbed l-istess ħabel u jaċċetta l-kwoti tal-immigranti imposti fuqu.    

Kemm Dr Muscat kif ukoll il-President Coleiro Preca tkellmu dwar l-importanza tar-rabta bejn Malta u l-Italja għall-elettriku, hekk kif issa għaddej ix-xogħol biex ikun hemm rabta oħra bejn iż-żewġ pajjiżi permezz tal-pipeline tal-gass.

Il-President esprimiet ix-xewqa tagħha li r-rabta kummmerċjali bejn l-Italja u Malta tibqa’ tissaħħaħ, filwaqt li l-Prim Ministru saħaq li dan it-tip ta’ kooperazzjoni se jgwadu minnha ż-żewġ naħat.  

Il-President Taljan żar ukoll l-Ipoġew ta’ Ħal Saflieni f’Raħal Ġdid, fejn intlaqa’ mill-Ministru għall-Kultura Owen Bonniċi kif ukoll l-Istitut Taljan għall-Kultura fil-Belt Valletta. 

Ritratti: DOI - Jeremy Wonnacott, Jason borg, Clodagh Farrugia O’Neill, Kevin Abela, Omar Camilleri, Clifton Fenech